Navigate Up
Sign In

Termini u Kundizzjonijiet

Skolasajf ser tibda nhar it-Tnejn 11 ta' Lulju 2022 għat-tfal minn Year 1 'il fuq.

Tfal tal-Kinder 1 u Kinder 2 ser jibdew nhar it-Tlieta 12 ta' Lulju 2022.

Hawn taħt ser issib dokumenti li jridu jiġu sottomessi lill-Koordinatur taċ-​Ċentru waqt il-laqgħa tal-Ġenituri (Parents Meeting). Id-Dati ta' din il-laqgħa ser jigu mogħtija mill-Koordinatur taċ-​Ċentru​:

  • ​Kopji tal-Karti tal-Identità taż-żewġ ġenituri iffirmati minnhom; u
  • Kopji tal-Karti tal-Identità​ ta' nies awtorizzati li jiġbru it-tifel/tifla/tfal iffirmati miż-żewġ ġenituri
 
Fejn applikabli:
  • F'każ ta kustodja esklussiva, irid jiġi sottomess id-digriet mill-Qorti
  • L-aħħar rapport tal-IEP
  • Rapport moġħti mill-Bord Moderatur għall-Istatementing
  • Rapport Psikoloġiku
  • Prova li ż-żewġ ġenituri qegħdin jaħdmu f'każ illi ser isir użu mill-extended hours

Termini u Kundizzjonijiet:

  1. Għandha timtela formola ta’ reġistrazzjoni waħda għal kull tifel/tifla.

  2. L-FES tqis il-privatezza ta’ kull tifel u tifla bħala waħda importanti u għalhekk, il-FES se tfittex li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, Kapitolu 586 tal-Liġijiet ta’ Malta. Għal dan il-għan, il-FES tiżgura li:
    • l-informazzjoni personali tat-tfal hija pproċessata b’mod ġust u legali;
    • l-informazzjoni personali tat-tfal hija pproċessata bi prattika tajba;
    • l-informazzjoni personali ġiet miġbura għall-għanijiet speċifiċi, iddikjarati espliċitament u leġittimament;
    • l-informazzjoni personali miġbura ma tkunx ipproċessata għal ebda skop li jkun inkompatibbli ma’ dak li għalih tkun inġabret l-informazzjoni;
    • l-informazzjoni personali miġbura ma tinżammx għal perjodu itwal milli jkun meħtieġ, wara li jkunu kkunsidrati l-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata.

  3. Billi tissottometti din il-formola, il-ġenitur/kustodju legali jirrikonoxxi li l-FES se jkollha aċċess għall-    informazzjoni    kollha pprovduta u sussegwentement tagħti l-kunsens tagħha għal dan l-użu.

  4. Il-perjodu ta ' preklużjoni huwa sat- 30 ta’ Ġunju 2022. L-ebda ħlas lura ma jiġi affettwat wara t-30 ta’ Ġunju.

  5. Bħala ġenitur/kustodju legali tiddikjara wkoll li l-informazzjoni kollha pprovduta hija korretta u aġġornata. Fil-każ li tirriżulta li l-informazzjoni provduta mhix korretta u/jew mhux aġġornata, inti bħala ġenitur/kustodju legali, għandha tkun marbuta li tassumi r-responsabbiltà kollha għal kwalunkwe ċirkostanza li tirriżulta minħabba l-istess inkorrettezza u/jew ineżattezza.

  6. Is-Servizz tas- sigħat estiżi huma 0.80c għall-eqreb siegħa u MHUX kull siegħa ta’ servizz.  Għalhekk, jekk it-tfal jibqgħu fil-klabb lil hinn mis-sigħat ibbukkjati, il-ġenitur jiġi mitlub iħallas kif xieraq. 

  7. Ma jkunx hemm ħlas jekk il-ħin tas-servizz ma jinqabizx b’aktar minn 5 minuti mil-ħin ibbukjat. 

  8. Is-servizz tas-sigħat estiżi jingħata biss meta jkun ġie offrut ħlas bil-quddiem għal dawn l-għanijiet. Jekk il-profil   tal-kont tat-tifel/la l-bilanċ ikun negattiv b’ €10, is-servizz jista jiġi sssuspendut sakemm jitħallas.

  9. Flus imħallsa għal sigħat ta' servizz ibbukkjati iżda li ma jintużawx, jistgħu jiġu rimburżati jekk a) il-koordinatur taċ-ċentru jiġi nfurmat mill-inqas ġurnata bil-quddiem li t-tfal mhux ser jattendu. Jekk il-koordinatur ma jiġix infurmat mill-inqas ġurnata qabel, l-ammont jitnaqqas skont is-sigħat ibbukkjati; b) Jekk it-tfal ikunu morda, għandu jiġi ppreżentat ċertifikat mediku.

  10. L-infermier tal-iskola għandu jkun disponibbli biss biex jagħti servizzi bejn id-09:00 u l-11:00 kuljum. Is-servizz hu għall-amministrazzjoni tal-medikazzjoni meħuda mit-tifel/tifla kuljum/regolari. Jekk ikun hemm xi tibdil fil-kundizzjoni, il-ġenituri/kustodji legali huma mitluba jinfurmaw lill-Uffiċċju Prinċipali tal-FES.

  11. Billi tibgħat din l-applikazzjoni qed tagħti l-permess tiegħek għat-trattament opportun tal-ewwel għajnuna li għandu jingħata lil ibnek/bintek minn persuna kkwalifikata. Filwaqt li tifhem li inti tkun ġejt ikkuntattjat/a mill-koordinatur taċ-ċentru malajr kemm jista’ jkun rigward kwalunkwe emerġenza li tinvolvi lit-tifel/tifla tiegħek, int qed tagħti l-permess tiegħek biex it-tifel/tifla tiegħek tigi/jiġi ttrasportat/a l-isptar jew kwalunkwe faċilità medika oħra ta’ emerġenza fil-każ ta’ mard serju, korriment, fejn membri tal-iskwadra tal-ambulanza jew tas-salvataġġ ikunu awtorizzati jamministraw it-trattamenti kollha meħtieġa. Int qed tagħti wkoll l-awtorizzazzjoni tiegħek lil tobba li huma ġustifikati biex jeżaminaw u jipprovdu t-trattament mediku ta’ emerġenza meħtieġ lit-tifel/tifla tiegħek fin-nuqqas tiegħek.

  12. Il-persuni elenkati hawn fuq BISS huma awtorizzati li jiġbru lit-tifel/tifla minn Skolasajf. F’każ li tixtieq iżżid persuni jew tagħmel tibdil, għandhom jiġu kkomunikati lill-Koordinatur taċ-Ċentru.

  13. Fil-każ ta’ tfal b’dikjarazzjoni ta’ bżonnijiet, il-ġenituri jistgħu jintalbu jissottomettu kopja tal-Programm ta’ Edukazzjoni Individwali (IEP) lill-Koordinatur taċ-Ċentru. Nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ din l-informazzjoni jista’ jirriżulta fi tmiem immedjat tas-servizz mingħajr ebda ħlas lura.

  14. Ġenituri ta’ tfal li juru mġiba kontinwa ta’ sfida estrema jistgħu jiġu kkuntattjati u mitluba jattendu għall-ħtiġijiet tat-tfal tagħhom. Nuqqas ta’ dan jista’ jirriżulta fi tmiem tas-servizz mingħajr ebda ħlas lura.

  15. It-tfal iridu jkunu kompletament qatgħu il-ħarqa sabiex jiġu aċċettati fi Skolasajf. Jekk jirriżulta li t-tfal ma jkunux kompletament qatgħu il-ħarqa, il-FES tirriserva kull dritt li twaqqaf l-attendenza tat-tifel/tifla. Jekk tinqala’ l-ħtieġa, il-ġenituri jissejħu u jkunu meħtieġa jmorru fiċ-ċentru biex jattendu għall-bżonnijiet tat-tfal tagħhom. Jekk ghal xi raġuni it-tfal ma jkunux qatgħu l-ħarqa minħabba diżabilità/kundizzjoni medika, trid tiġi ppreżentata prova bil-miktub.  

  16. Jekk xi wieħed miċ-ċentri msemmija hawn fuq ma jilħaqx il-kwota meħtieġa, il-FES iżomm id-dritt li ma tiftaħx iċ-ċentru.

  17. Jekk xi wieħed miċ-ċentri ta’ Sigħat Estiżi msemmija hawn fuq jaqbeż il-kwota taċ-ċentru, ser tiġi introdotta lista ta’ stennija u l-istess Termini u Kundizzjonijiet bħal Klabb 3-16 japplikaw. Dawn jistgħu jiġu aċċessati fuq http://fes.gov.mt/en/Pages/registrations.aspx

  18. L-allokazzjoni Child Support Workers (CSW) se tkun fid-diskrezzjoni tal-FES.

  19. Is-servizz jista’ jiġi sospiż jekk mhux id-dokumenti kollha meħtieġa jiġu sottomessi lill-Koordinatur taċ-Ċentru.​