Navigate Up
Sign In

Overview - Malti

SkolaSajf Logo 2022-01-min.png
Skolasajf 2022 se topera mill-11 ta’ Lulju sat-2 ta’ Settembru 2022. Din is-sena, it-tema ewlenija għal Skolasajf se tkun imnebbħa mis-slogan ‘Earth Heroes, Unite!’’. Din hija stedina għal kulħadd biex jingħaqad u jaħdem għal ambjent u soċjetà b'saħħithom. Hija wkoll opportunità biex tispira lit-tfal biex ikunu ċittadini li jieħdu ħsieb il-komunità tagħhom u l-ambjent li jgħixu fih. 

L-applikazzjonijiet għal Skolasajf 2022 se jkunu miftuħa bejn it-23 ta’ Marzu u t-2 ta’ Mejju 2022. L-applikazzjonijiet se jintlaqgħu onlajn fuq https://services.fes.gov.mt/ , kif ukoll fis-servizz.gov hubs. Is-sistema online tiffaċilita l-proċess tal-applikazzjoni, fejn wieħed jista’ jagħżel il-post taċ-ċentru preferut u jagħmel ħlas onlajn. 

Is-servizz ta’ Skolasajf se jingħata mill-Iskejjel Primarji tal-Istat u mill-5 Ċentri tar-Riżorsi, madwar Malta u Għawdex. Skolasajf hija twila tmien ġimgħat, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Is-servizz fl-iskejjel mainstream se jkun mit-08:30 sa 12:30. Se jiġi offrut ukoll servizz estiż għall-ġenituri li jaħdmu f’ċentri magħżula, mis-07:00 sat-08:30 u 12:30 sas-17:30. 

Group photo.jpg

Din is-sena, għall-ewwel darba, is-servizz fiċ-Ċentri tar-Riżorsi se jkun offrut ħamest ijiem fil-ġimgħa, minflok fuq perjodu ta’ tlett ijiem kif kien offrut fis-snin li għaddew. Dan huwa pass ieħor biex joffri servizz aħjar u li jagħmilha aktar possibbli għall-ġenituri biex jamministraw l-impenji tax-xogħol tagħhom. 

Ix-xogħol biex is-servizz ta’ Skolasajf jaħdem bla xkiel jibda minn xhur qabel. Fil-fatt, fi Frar 2022 infetħu l-applikazzjonijiet biex wieħed jaħdem fi Skolasajf. L-applikazzjonijiet fil-fatt għadhom miftuħa. Wieħed jista’ japplika online fuq is-sit https://recruitment.fes.gov.mt/ 

Il-ħaddiema ta’ Skolasajf huma strumentali fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Skolasajf. Dawn il-ħaddiema jagħmlu diversi attivitajiet mal-istudenti, li jgħinu biex flimkien jesploraw it-tema ewlenija ‘Earth Heroes, Unite!’. 

It-tema ewlenija hija kkumplimentata mil-logo ġdid ta’ Skolasajf, li kien ispirat mid-disinn rebbieħ sottomess minn Naielle Formosa Cumbo fil-Kompetizzjoni tal-Logo ta’ Skolasajf. Il-kompetizzjoni ppremjat lil min ġie fl-1, it-2, u t-3 post, bi premjijiet minn Copyclub Live.

Naielle Formosa Cumbo with Minister.jpg

Naielle Formosa Cumbo, rebbieħa ta' Skolasajf 2022 Logo Compeition mal-Ministru għal-Edukazzjoni u Sport, Onor Dr Clifton Grima​