Navigate Up
Sign In

Stqarrija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi – 23 ta’ Frar 2018

​Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi tixtieq li tikkjarifika kwistjoni rigward ħlasijiet żejda lill-impjegati tagħha fil-perjodu bejn Jannar tal-2017 u Diċembru tal-2017.

F'dawn l-aħħar jiem numru ta' persuni li kienu ikkuntrattjati mal-istess Fondazzjoni matul is-sena 
li għaddiet intalbu jagħtu rifużjoni ta' pagamenti żejda li huma rċevew. 

Żball intern li kien sar matul is-sena li għaddiet fisser li l-Fondazzjoni ħallset pagamenti żejda, 
permezz ta' inputting skorrett relatat ma' vacation leave, lil persuni li ħadmu f'numru ta' inizjattivi diversi.

L-FES b'mod immedjat nediet investigazzjoni interna biex jigi stabbilit il-proċess li wassal għal 
dan l-iżball u biex dan ma jerġax iseħħ. Il-Fondazzjoni lesta tidħol f'kull każ individwali biex l-inkonvenjent lil persuna konċernata jkun minimizzat, filwaqt li titlob apoloġija lil dawk konċernati fuq dan in-nuqqas. Il-medja ta’ rifużjoni hija ta’ 70 ewro. 

Nitolbu lill-impjegati li ġew affettwati jifhmu li l-Fondazzjoni għanda responsabbilta' lejn il-pubbliku 
u lejn użu għaqli tal-fondi pubbliċi u li l-passi li ħadet f'dawn il-jiem huma ibbażati din ir-responsabbilta'.