Navigate Up
Sign In

Termini u Kundizzjonijiet

  • Tfal ta’ età bejn it-tliet xhur it-tliet snin huma eliġibli li jattendu ċ-ċentri tagħna. Kif it-tfal jagħlqu t-tliet snin, dawn isiru eliġibbli għall-kindergarten. Darbtejn fis-sena isir id-dħul għallkindergarten-fl-ewwel ġimgħa ta’ Frar u fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru. Tfal li jagħlqu t-tliet snin bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ April għandhom jibdew jattendu l-kindergarten mad-dħul ta’ Frar tal-istess sena. Tfal li jagħlqu tliet snin bejn l-1 ta’ Mejju u l-31 ta’ Diċembru għandhom jibdew jattendu l-kindergarten mad-dħul ta’ Ottubru tal-istess sena.

  • F’każ li ma nkunux nistgħu nsibukom fuq in-numri tat-telefon provduti, jekk jogħġbok, agħti dettalji ta’ persuna/i li jista’/tista’ tiġi ikkuntattjata. Ehmeż kopja tal-karta tal-identità tal-persuna/i.

  • Jekk tissottometti l-applikazzjoni ser tkun qed tagħti permess li tingħata l-ewwel għajnuna lit-tifel/tifla tiegħek minn impjegati kwalifikati f’każ ta’ bżonn. Filwaqt li tifhem li ser tkun qed tiġi kkuntattjat/a fl-iqsar ħin possibli mill-impjegati tagħna f’każ ta’ emerġenza li jirrigwardja lit-tifel/tifla, inti qed tagħti l-permess li t-tifel/tifla j/tittieħed l-isptar jew faċilità oħra ta’ emerġenza f’każ li jkun hemm mard serju jew korriment, fejn l-ambulanza jew membri mill-iskwadra ta’ salvataġġ ikunu awtorizzati li jamminstraw ittrattamenti neċessarji. Qed tagħti wkoll permess li pratikkanti tas-saħħa b’warrant jeżaminaw u jagħtu t-trattamenti mediċi neċessarji waqt emerġenza, lit-tifel/tifla fl-assenza tiegħek.